letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de l-ewwel jien - kantera

Loading...

rajt għasfur bis-senter f′idu,
żiemel riekeb karozzin,
fenek li qed jorganizza

xi fenkata għall-mikulin…

fejn meħlusa in-natura
jiftħu fjuri kull kulur;
armonija bejn il-ħlejjaq
minnhom ħadd ma ssib għajjur…

mhux bħall-bniedem… u kulma jmiss
juża moħħu… għalih biss…

l-ewwel jien u t-tieni jiena
dejjem skont iz-zokk il-fergħa
l-ixkubetta fiha l-grillu
hekk magħmula mill-għeruq.
qis mitt darba u aqta’ darba
jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
u f′kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis-suq.

wiċċ il-baħar miksi plastik
ħut bil-maskra fl-oċejan
saħnu it-temperaturi
l-arja pura ġiet duħħan

fejn meħlusa in-natura
jiftħu fjuri kull kulur;
armonija bejn il-ħlejjaq
minnhom ħadd ma ssib għajjur…

mhux bħall-bniedem… u kulma jmiss
juża moħħu… għalih biss…

l-ewwel jien u t-tieni jiena
dejjem skont iz-zokk il-fergħa
l-ixkubetta fiha l-grillu
hekk magħmula mill-għeruq.
qis mitt darba u aqta’ darba
jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
u f’kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis-suq.

naħsbu ħafna… naħsbu sp-ss
li did-dinja… tagħna biss…

l-ewwel jien u t-tieni jiena
dejjem skont iz-zokk il-fergħa
l-ixkubetta fiha l-grillu
hekk magħmula mill-għeruq.
qis mitt darba u aqta′ darba
jekk ma lħaqtx il-għeneb qraslek
u f′kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis-suq.

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...