letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de kometi - djun

Loading...

darba f’mitt sena
tixgħel is-sema
jintfew l-ibliet

fenomenu stramb li dwaru
ma jaf-x x’se jgħidu l-għorrief

vojta t-toroq, muta il-folol
saltna tas-skiet

fuq l-għatba tad-dinja npoġġu bilqiegħda
jiena u int

jekk tagħlaq għajnejk
tintebaħ li

aħna kometi
nixegħlu l-lejl
sejrin xi mkien
ma naf-x fejn

dak illi jiġri
dak illi ġara
u dak illi ġej

nifs wieħed minn fommok
u jisfa’ kollu kollu fix-xejn
il-kwiekeb jitħabblu f’xagħrek
il-qamar idur ma’ riġlejk

fuq l-għatba tad-dinja
noħlom il-ħolma li qiegħed ħdejk

jekk tagħlaq għajnejk
tintebaħ li

aħna kometi
nixegħlu l-lejl
sejrin xi mkien
ma naf-x fejn

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...