letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de lura qatt - clintess

Loading...

[verse 1]
bi tlugħ u nżul fil-ħajja
fuq platt xejn ma sibt lest
pass, pass u tarġa tarġa
qatt ma tlift l-interess
fil-mera kont inħares
biex forsi ma nibqax l-istess

[pre-chorus]
bdejt nilbes il-parrokka
il-ħwejjeġ tat-tfajliet
b’hekk il-persuna l-oħra
bil-mod il-mod intfiet
illum sibt lili nnifsi
il-ħajja illi ridt bdiet
[chorus]
lura qatt
b’rieda soda nibqa’ mixja ‘l quddiem
mill-irbit li kien joħnoqni sibt ħelsien
lesta ngħannaq bil-qalb il-ġejjien
sat-tmiem
lura qatt
seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
dak li kelli f’rasi nista’ ngħid ilħaqt
kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
kemm fraħt

[verse 2]
mhux kulħadd lest jifhimni
is-swaba’ jippuntaw
il-ġebel lest f’idejhom
iħaġġru jippruvaw
l-istorja lanqas jafu
għalihom dawn huma ksuħat

[pre-chorus]
għażilt id-direzzjoni
se nasal issa naf fejn

[chorus]
lura qatt
b’rieda soda nibqa’ mixja ‘l quddiem
mill-irbit li kiеn joħnoqni sibt ħelsien
lesta ngħannaq bil-qalb il-ġеjjien
sat-tmiem
lura qatt
seħħet bidla li minn dejjem tant kont xtaqt
dak li kelli f’rasi nista’ ngħid ilħaqt
kif kapitlu ġdid fil-ħajja ftaħt
kemm fraħt

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...