letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de qaddisin - sahhar

Loading...

illum huwa il- jum tal- ħadd
magħruf ukoll bhala l- jum t’alla
u għalekk qed nara n-nies ħergin
u b’ħerqa liema bħala narhom sejrin

klikka, klikka ilkoll miġburin
sabiex flimkien jimxu l- quddiem
pass wara pass iżommu ma l- uzanza
u flimkien sejrin għal- quddies

oh alla, mqaddes alla
b’qalb safja nippruvaw nitolbuk
oh alla, mqaddes alla
ta’ bnedmin dgħajfa aħna infaħħruk

u niskanta kif narhom kollha
jissaraw biex jintefaw quddiem
kollha lesti biex jitolbu
min fuq il- messalini li kollha ġarru

pakkagalliżmu isfrenat
niddubita jekk jaf-x x’qijad jingħad
l- aqwa li fuq sidirhom inteptpu lkoll
u b’vuċi soda tismahhom itennu

oh alla, mqaddes alla
b’qalb safja nitolbu il- mahfra
oh alla, mqaddes alla
ta’ midinba aħna inkasbruk
oh alla, mqaddes alla
ahna bnedmin dgħajfa u m’aħna xejn
oh alla, mqaddes alla
aħfrilna ghax kull ma aħna midinbin

hekk kif il- quddies issa spiċċat
qaqoċċa, qaqoċċa lkoll hergin
min għal triq u min għal oħra
jiddiskutu fuq dak u fuq l- ieħor

qed ninnota kif qisu ma swiet għalxejn
għaliex l-anqas biss jidru affetw-ti xejn
għadom kеmm hargu mid- dar t’alla
u ġa mxew għal- istess ħajja

oh alla, mqaddes alla
kеmm hi kbira r- rieda tijak
oh alla, mqaddes alla
nammira l- fatt li tiflaħna

oh alla, mqaddes alla
il- ħadd li gej nergaw nitolbuk
oh alla, mqaddes alla
ħalli issa nkasbru lill-midinbin

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...