letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de lucija u samwel - no bling show

Loading...

lucija kienet studjuza, kapaci u ntelletwali
wicc taz-zokker, ras taz-zonqor
shabi nterpretawni
ta’ kemm il-darba ppruvaw
jittantawa bla risposta
meta jcemplulha jew isselmulha
lucija dejjem indisposta
ahna mohna biex niskru
jew forsi nkissru ftit mohhna
hi qatt ma kellha dan l-aptit
qas qatt nafha telqet mil-mosta
hlief b’basket mimli kotba u dak il-laptop naqa mqammel
u kellha habib wiehed, sieket kien j-smu samwel
u samwel kien skola mghana u wisq hbieb ma kellhux
mohhu jtiegh li ma nghidlekx
aggitat u nervuz
ribelluz, mhux fis-sens ta james dean jew dun mikiel
imma kellu rabja gewaa fih. il-hbiberija ghalih xkiel
kellu arja ta’ serjeta u ghalkemm ma kienx idur mal-klikka
hadd me kien jiffastidjah jew jipprova jilghab il-fiswa
meta konnha nilmhuwhom jiddjalogaw fuq il-bankina
il-hugbejn la jiccartu u la jinfaqghu bit-tbissima
anzi x’aktarx iddawru wicchom jew ikomplu l’hinn fi triqthom
ghax lucija u samwel ommhom dejjem hekk kienet wissiethom
dawk it-tfal jinqerdu l-bandli ma jhaddmhux principji bhalkhom
ahna ntukom kollox, intom kollox, ahna m’ghanniex ghajrkom
halib il-omm nawwar is snien, (ahna m’ghanniex ghajrkom)
jikwi l-asfalt f’hogor it-triq

izda darba tat-tbellieh, affarjiet tal-iskantament
tlieta ta’ filghodu gewwa l-liquid
lil lucija lmahta hemm
ma kontx cert jekk kienx ix-xorb jew forsi dac-cherry reds
li kienu qed jilghabu naqa loghba
bis-sens imzellgin hekk
ghalekk inkiss, inkiss bhal ma tigra tghamel lic-cerva
erfajt pizi minn fuq il-woofer u pass, pass ersaqt ghal lemha
naqa aktar konkreta ghax l-ebda profeta ma jbellahieli
li lucija kienet qed thuf fis-sieghat tal-hadd tant kmieni
izda xhin ersaqt mal-bar il-vizjoni mmaterjalizzat
bdiet ticcacra mal-manunt u titghannaq ma’ kulhadd
habta u sabta ntbaht li kellha l-imhabba fil-habba
flixkun bla tapp u tbissima fuq xuftejn naqa mcarrta
u sellmitli hi jien qas tant ghamilt reazzjoni
tfajt id wahda fuq spallejha u ghafastilha l-emozzjoni
saqsejtha hux kollox sew, qaltli “ahh mank dejjem hekk”
u ntefghet f’nofs il-kottra u naqghdet maz-zufjett – lucija

halib il-omm, nawwar is-snien (u naqghdet maz-zufjett – lucija)
jikwi l-asfalt f’hogor it-triq

dak il-lejl ma hassejtnhiex sew, ma kienetx nieqsa mis-sustanzi
ghax lucija ma kienetx t’hekk, ma nafx minn fejn gewha dawn l-uzanzi
u x’hin telqet gewwa escort ma giex tipi misterjuzi
mort insaqsijha trid tinzel mghana lura r-rahal la ma ssuqx hi
qaltli: “jon tinkwetax dawn wgheduni ha jiehdu hsiebi
il-ma u l-pa qeghdin ghawdex ma irridx nidhol daqs dan kmieni”
u bi hjiel ta’ tbissima u nofs tislima dabbart l’hemm
m’hemmx ghalfejn nivverbalizza kif dal-vjagg kellu jintemm
iffestegaw it-tlieta l’huma, iccelebraw in-nudita
inhlew fl-indurgenzi ta’ sakra u purita
lucija filli kienet misthija, filli ghelbita l-kurzita
filli samwel ma thallihx imissha, filli mimlija minn zewg nahat
ghax din kienet l-ewwel darba li lucija garat u tgerfxet
resqet lejn in-nar u li sar sar u meta stenbhet
intebhet b’dak li ghamlet u ghalkemm hassitha li zzgarrat
bil-gogi jifilguwha u gisimha inkallat
lucija daqet sehem gdid ta’ mhabba minghajr irbit
sabet il-bieba tal-gagga mbexxqa, ghalhekk tissokta ttir
izda x’hin fethet messagg li samwel bghatilha b’ton imweggha
staqrilha li semghahom jghidu li l-lucija rawha mnezza
imbezza mill-konsegwenzi, qas biss felhet tibghat lura
l-unika habib li lucija kellha, d-destin fin fin hadulha
u issa lucija duq il-banikna m’ghadhiex dak li darba kienet
ghalekk spiccat il-bandli iddur mghana qalb il-griefex
izda l-istorja ma tintemmx hawn
azni l-istorja pjuttost ghadha tibda

lucija issa saret wahda minn tghana
iddur u taghaqad ma’ dawn l’erba bejjhem l’hawn isfel
tqatta’ l-granet taghha… titbandal, ddawwar xi zumbrett
lucija, lucija x’qed tghamel b’hajtek lucija ?
u samwel, samwel x’sar minnu?
isilfuni widnejkhom, ha nghidilkom kif imorru l-affarjiet
izda samwel ma setax jinsa, minn hsiebu ma harbet qatt
ghax kif fehemu s-sitwazzjoni, lucija serqet daqxejn trab
u r-rahal kollu jzekzek lucija x’kien il-mniefah gralha ?
kienet tifla twajba tant, kellha rieda liema bhala
ghalekk samwel iddecieda, jittanta xortieh ma’ hbieba
inzertani ghal-arrieda fi trieqti lejn il-pjazza
qalli: “gann naf li jien u int ilina ma nitkellmu mill-primarja, imma
ghandi bzonn favur man sibli milli hawnhekk immur
saqsejtu x’qed ittih, ghalhiex kien jipprova darba
l-kurzita rebhet lilu wkoll u dak il-lejl li hela mghana
u bejn deghxa u emozzjoni, teqlib tal-ghajnejn
lucija u samwel spiccaw jitghannuq u jitghafsu fuq il-lejl
u mill-lejl wiehed saru ghaxra, minn ghaxra saru mija
id-doza dejjem tiela tiela bhal ma dejjem ghamlu l-bqija
“wahda m’ghadniex inhossha” hemm lucija b’ton hekk kburi
“u biex nigi vera tajba irrid inxammem tas-sinjuri”
dejjem tilghajn, tilghajn u t-tisbita dejjem tikber
u ghall-habta t’awissu omm samwel, mietet habba t-tifel
qalbha ceditilha, l-inkwiet hatafha darba ghal dejjem
kienet tinzlilha velenu wisq li kien jintelaq ma daqs dawk bejjhem
u ghalkemm samwel ghamil f’qalbu ghax issa jghix taht saqaf wahdu
l-ecess ma ntemmx hemm anzi l-aptit sar iktar b’sahhtu
u l-genituri ta lucia kif konnha nsibuha fic-crieki tghana
kif ivverifikaw xnijat li l-gojell taghhom qed tkun mghana
qalbu l-folja ghal kollox anzi le alqulha t-triq
qalula ghalijom hi mejta u telquha ghal ghonq it triq
qalulha tghamel l’alla trid biss tirfisx l’ghatba ta’ did-dar
ma rridhux nisimaw aktar b’ahbarek, qas fis-sala tal-isptar
u bla kliem u bla sliem lucija qabdet hwejjigha u parpret l’hemm
ghamlet telefonata wahda u ghand samwel sabet kenn
izda l-kenn ma kienx bizejjed, kellhom bzonn imantnu ruhom
lucija ntefghet tizfen u samwel imexxi l-primli f’suqhom
imma d-dwejjaq li kien jaqbadhom til il-gurnata, esagerat
dippresjoni, fernezija, mohh marid u impestat
u bhal eva u t-tuffieha, lucija harget tfur ghal did-dieqa
naqa trab mil-kannella biex jaharqu, jsiru zliega
u dis-socjeta li m’accetatomx jekk mhux xempji ta’ l-ubbidjenza
tisparixxi ma’ kull nifs mal-piz zejjed fil-kuxjenza
samwel fi stat li kien din l-ideja daqqitlu
siegha wara kienu qed jixtru romblu fojl minghand lippu
ghax il-labar fil-bidu kienu jipprenduwhom ftit it-tnjen
ghalkemm xharejn wara bhal dak li qallu xejn m’hu xejn
id-dar t’omm samwel saret mizbla, parrasiti kullimkien
hitan suwed, lozor jintnu, hbieb mixhuta fuq xulxin
u issa lucija tilfet dik il-hlewwa tat-tbissima
l-gisem sod li darba kellha ntelaq minn mindu hxiet il-vina
ghaldaqstant hadd m’ghadu jcemplilha biex tizfinlu
hadd ma jrid jara ddizgrazzjata, zzeggleg l’ghandha qalb ir-ritmu
u samwel xeba jdir u jghaqad iqassam ir-roti bil-wahdiet
u lil lucija beda jserrpila l-affarjiet f’mohha bin-naqriet
“lu, ara johnny kif qed ihares lejl”
u duminku kif jasal hawn dejjem jara kif jitrassas hdejk
u bhal xitan indannat fil-punt preciz li kienet tfaqqa
samwel kien jaqbadha minn qadda u jitfahha fuq zaqqha
u go ringiela wiehed, wiehed imisshom ilkoll jitrejqu ftit
hekk u b’hekk hi wasslitu s’hawn
sewwa u xieraq li tghinu jtir
u d-dmugh li kienet tolfoq u t-tgedwig li jsejjah l’ommha
wara ftit waqaf hesrem qas tniffisa minn bejn fommha
kull darba li genbhom jisskossja u li lucija titwessa ftit
bicca ohra minn ruha tisgicca u minn kull fetha trejqa ssib
umbghad mill-ftit mohh li baqala lucija fehemet l-opportunita
li dal-katavru li ggor maghha beda jtiegha fil-kommunita
ghal daqstant gisimha tefghetu ghall-wirja fuq il-bankina
fuq l-istess kantuniera, fejn kienet titkaza bina
u sakemm tigbor il-kolletta li tmur kolla ghal-pakketti
samwel jistejqer fuq spallejha u jahbi l-ewros fil-kalzetti
imma lucija issa mejta u ruha qas taraha b’nemes
ghalekk illum flok pakkett wiehed, tefghet tlieta forsi tehles
u bejn fawra tad-dimonji, kesha li tifqa l-ghadam
lucija tkaxkret mill-antiporta certa li mux se jisbah ghada
u bhal wirja tghati sfida lejn kull minn qatt kien qribha
lucy mxieta fuq gharkubteja sal-bankina fej il-proxxmu jsibha
u ntelqghet fuq darha, gharaq, remettar u roghda kerha
lucija riedet tistrih biss u b’ghajta wahda mohha ntefa
ghalekk tiggudika l-hadd kugin, wisq inqas vittmi ta dal-hmieg
ghax lil lucy issaponewa unglu, min qatt basar li kellha tfigg
il-liberta minn dik il-gagga li l-genituri bnew madwara
u meta gwinhaja ma felhux id-destin dar fuqha u spara

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...