letra de tfajjel ċkejken - mary spiteri
tfajjel ċkejken, tħarisx lejja
b’mistoqsija f’għajnejk sbieħ
tar mar riħ, iż-żmien tal-logħob ferrieħ
il-ħsibijiet tellfu kull mistrieħ
tfajjel ċkejken, ejja ħdejja
ngħidlek ġrajja li thennik
għożż ġo fik, il-ġmiel li d-dinja ‘ttik
la tħallihiex, tnikktek u bikkik
tbissem illum, il-bieraħ għadda u mar
għix il-jum wara jum u għada qatt ma sar
għax l-uġiegħ tal-lum biżżejjed, dak li ġej ma jafu ħadd
‘tini jdejk, għallimni ngħix aħjar
tfajjel ċkejken, ħares lejja
twettaqx l-għelt li għamilt jien
taħlix żmien, l-imgħoddi kien li kien
bla tifkiriet, isbaħ u il-ġejjien
tbissem illum, il-bieraħ għadda u mar
għix il-jum wara jum u għada qatt ma sar
għax l-uġiegħ tal-lum biżżejjed, dak li ġej ma jafu ħadd
‘tini jdejk, għallimni ngħix aħjar
ngħix aħjar
ifraħ illum, daż-żmien kemm jista’ jdum?
ħatja jien daqs l-oħrajn, li sibt xifer l-irdum
jekk ħallejna dinja mejta, minn kull tama’ ċaħħadnik
‘tini jdejk, ‘tini jdejn, aħfrilna dan l-imrar
letras aleatórias
- letra de dedica - junior cally
- letra de 10 freaky girls - metro boomin
- letra de high time - lead
- letra de hardway - l.b.c.
- letra de tiada yang lain - via vallen & wiwik sagita
- letra de the cosmic vein - full of hell
- letra de how to disappear (traduzione italiana) - lana del rey
- letra de fate - h.e.r.
- letra de angel - josh saint
- letra de sanubari (feat. prince husein) - eka gustiwana