![letras.top](https://letras.top/files/logo.png)
letra de fl-erbgha w' ghoxrin - kumitat zghazagh brijuzi xewkin
aħna ulied qaddis kbir
raħal sħiħ minn żmien imbiegħed
ried għalih jagħżel patrun
tefa’ ħarstu lejn is-sema
kbir tassew xtaqu li jkun
l-għażla kienet waħda faċli
biex jaħsibha ma ħax ħin
lil san ġwann battista għażel
minn fost kollha l-qaddisin
u fl-erbgħa w’għoxrin
ta’ ġunju ix-xahar
kull sena inħejju
għalik festi kbar
xewkin magħqudin
ulied qaddis kbir
għal ġwanni l-għammiedi
dil-festa issir
minn fost dawk minn nisa mwielda
akbar minnek ma jqum qatt
u mill-qlub tax-xewkin kollha
postok mhu se jieħdu ħadd
briju, nar, armar, kuluri
toroq, pjazez imżejnin
inti l-għaxqa tax-xewkija
bik tassew aħna kburin
xewkin magħqudin
ulied qaddis kbir
għal ġwanni l-għammiedi
dil-festa issir
ilkoll miġburin
fil-erbgħa w’għoxrin
infakkru lil ġwanni
l-qaddis tax-xewki… in
letras aleatórias
- letra de свадьба (wedding) - шляпники (the hatters)
- letra de spanish jigga freestyle (live from vevo nyc, july 18') - c. tangana
- letra de ona - zeamsone
- letra de ascension - hoth
- letra de caught air - zoe worship
- letra de hindsight - the mark of cain
- letra de new old city - murder by death
- letra de how long has it been? - grace petrie
- letra de rick and morty - wing klan
- letra de rodriquez jacquees broadnax (intro) - jacquees