letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de it-tabib ta' billejl - djun

Loading...

nitfi s-sigarett
u nidħol lura fis-swali
riħa ta’ mediċina
u materja fekali

isma waħda dott
għandna bżonnok urġenti
kien hawn xi inċident
u deħlin il-pazjenti

kristu jħares mill-inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
iżda hawnhekk il-mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien

is-sinjali mhux tajbin
naħseb dan se nitilfuh
kif inħoss il-polz imajna
nintebaħ li qabadni l-ġuħ

l-anastetista ħelwa
għandha xagħra lewn id-deheb
xi darba rrid ngħidilha
tiġi miegħi għal kafe

kristu jħares mill inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t-tmiem
iżda hawnhekk il-mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien
naf li għad xi darba
f’dik is-sodda jkun hemm jien
jaf ma baqax ħafna
iżda nittama baqa ż-żmien

u hekk kif tibqa toqrob
toqrob is-siegħa u il-ħin
b’tama ‘l fuq inħares
lejn wiċċ kristu ħanin

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...