letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de għal min twieled, għal min miet - djun

Loading...

fil-kexxun għad għandi d-domna
f’idejja għandi ponn irmied
minn taħt l-ilsien ngħid din it-talba
għal min twieled għal min miet

missieri qalli kulħadd jemmen
imma lura ħadd ma ġie
ommi qaltli jiġri x’jiġri
qalbi tħabbat tibqa għalik

ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
għal min twieled għal min miet
ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
għal min twieled għal min miet

fuq l-ixkaffa għad hemm l-istatwa
tas-sinjura u il-wild
minkejja dak kollu li għadda
xorta waħda qatt ma bkiet

mill-kexxun noħrog id-domna
inħoss il-piż tat-tifkiriet
mit-tieqa qiegħda tidħol żiffa
tisraqli minn idi l-irmied

ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
għal min twieled għal min miet
ħarsu ‘l fuq lejn is-smewwiet
għal min twieled għal min miеt

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...