letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de fi mħabbtek inħbejt - djun

Loading...

ma nafx x’qegħdin nagħmlu hawnhekk
int bid-dublett jiena bil-ġlekk
il-ġranet kollha li għaddew
it-tfal li konna issa ntfew

fid-dinja xejn mhu perfett
daħlilna l-ilma mis-suffett
inħares lejk biex ma ninsiex
dak li aħna u li ma jeħdulniex

għand ommok tlajna fuq il-bejt
xofftejja missew ma’ xofftejk
‘il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt
u fi mħabbtek inħbejt

kultant ma tantx ileqq id-deheb
kultant tkun tridu ftit maltemp
kulħadd jitbissem għar-ritratt
irrid nitriegħed f’dan ir-ragħad

wara x-xogħol dejjem nidħol tard
inti tkun ilek li rqadt
nidħol fis-sodda nkiss inkiss
imqar dil-ħolma ma nkissirx

għand ommok tlajna fuq il-bejt
xofftejja missew ma’ xofftejk
‘il bogħod mill-iħirsa jien ġrejt
u fi mħabbtеk inħbejt
inħossni mitluf
inġebbed it-truf
ta’ snin misruqin
minn jiеm ħallelin

għallimni min jien
nintilfu flimkien
missejtlek ħaddejk
fi mħabbtek inħbejt

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...