letra de minjiera blu - brodu
kieku tafu kemm affarjiet sbieħ!
tidħol f’dan il-post u l-qalb tistrieħ
f’armonija kollox u kulħadd
ġnien tal-eden, ġenna fuq din l-art
kieku jkollkom ċans tiġu żżuruh
imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
b’garanzija li mit-tnejn sal-ħadd
tibdew tiġu dejjem bla kuntratt
tridu tdħlu minn ġo wied il-kbir
qabel jidlam, qabel dlam isir
minn faċċata taraw nieżla x-xemx
titfixklux għaliex triq oħra m’hemmx
fuq kull naħa siġar tal-ballut, ħanfus iswed, kokka, u xi qanfud
(is-) sensazzjoni kif taslu viċin, hi li bħal donnu waqaf il-ħin
hemm bokka fil-blat, ibqgħu deħlin
ħallu d-dalma, kalma ta’ dal-post tgħannaqkom ja ħelwin
itfu t-telecell, fil-minjiera blu!
evitaw id-distrazzjonijiet f’dal-post tant silenzjuż
il-faħam tal-ħajt ikanġi l-blu
jarmi dija kaħla illi twennes, tnessi kull dulur
jekk tibqgħu deħlin hemm għadira tfur
tfal, sireni u kull tip ta’ ħlejqa jgħixu ferħanin
din bejnietna, tmorru tgħidu ‘l ħadd!
għax it-tali li joqgħod fil-wied
għandu klieb feroċi b’nejbiet kbar
qegħdin għassa biex ma jersqux nies
madankollu jekk tiġu żżuruh, imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
dar-refuġju fil-minjiera blu m’hemm bħalu imkien
f’dan il-ħolqien terren
letras aleatórias
- letra de exclusively - adrian milanio
- letra de vers les honneurs - aorlhac
- letra de darkside - the plastic smile
- letra de here's to the ones - jessica baker
- letra de 29. - dashawn shauntá
- letra de ahange akhar - varash
- letra de sizzle - charmaine
- letra de es flors deth nòste prat - alidé sans
- letra de peace of mind - jason price
- letra de each and every day - kyle mckearney