letras.top
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

letra de il-magħmudija t’imħabbtek - brodu

Loading...

tfajt ħarsti l’bogħod, flejt mil-lvant sal-punent
u l-għabex kixef mitt lewn, u indunajt bħalek m’hemmx

kelmitni brimba b’għajnejn imberrqin
qaltli “dan ħela ta’ ħin”, qaltli “dan ħela ta’ ħin”

żfinna fit-trab ġo teatru bla żmien
xegħlet ħuġġieġa f’għajnejk
ġew l-anġli jqimuk, poġġejt ħdejk

aħseb f’isem ġdid għall-magħmudija
aħsilni fix-xmajjar tal-ġordan
is-salm responsorjali ma ftakartx

mill-gallarija fuq ġnien ittarraft
taħtek ħarist u intbaħt, kollox kien xejn u x-xejn ġarrabt

m’għadnix qed nagħraf bejn t’isfel u ta’ fuq
u int ħaddantni miegħek. farraġtni, lagħaqtli d-dmugħ

ejja għalija għax f’labirint tliftni
kun għalija l-ankra, il-kenn, il-port
u għidli fl-imħabba biss se tirtogħod

fiha rrid ninħeba
kollox frugħa f’din il-ħolma
tini l-pirmla. irrid nimrad bl-imħabba

letras aleatórias

MAIS ACESSADOS

Loading...